Minn tal-inqas tmienja u għoxrin persuna nqatlu u ħamsin oħra weġġgħu f’splużjoni doppja f’suq ippakkjat fiċ-ċentru tal-kapitali tal-Iraq Baghdad.
Reuters kwotaw lill-pulizija jgħidu li l-isplużjonijiet saru viċin ħwienet li kienu jbiegħu spare parts tal-karozzi fis-suq al-Sinak.
L-Istat Iżlamiku ħarġu stqarrija fejn qalu li tnejn mill-militanti tiegħu wettqu dan l-attakk. Uffiċjal fi ħdan il-Ministeru tal-Intern kien kwotat li bomba minnhom kienet attivata minn aggressur suwiċida filwaqt li l-oħra kienet impoġġija minn qabel.