L-awtoritajiet fl-istat Brażiljan ta’ São Paulo qalu li mill-inqas 36 persuna nqatlu f’għargħar qawwi u valangi fuq l-art.
Zoni sħaħ jinsabu taħt l-ilma, toroq ewlenin jinsabu mgħarrqa, u ħafna fdalijiet minn djar li nġarrew mill-ilma qed jikkawżaw periklu. Riżultat ta’ dan, bosta bliet kellhom iħassru ċ-ċelebrazzjonijiet annwali tal-Karnival.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Timijiet ta’ salvataġġ ilhom jitħabtu biex jilħqu persuni maqbuda u jiżblokkaw it-toroq.
Il-bieraħ niżlet aktar minn 600mm ta’ xita f’xi żoni, id-doppju tal-ammont mistenni għal dan ix-xahar.
Ritratt ewlieni: Sao Sebastiao City Hall/AFP