Aktar minn għexieren ta’ persuni tilfu ħajjithom wara li nqabdu f’nofs gwerra bejn il-militanti ta’ Boko Haram u suldati min-Niġerja. Madwar 18-il militant attakkaw permezz ta’ bomba suwiċida, armi tan-nar u rġiel armati.
Huma kellhom fil-mira żewġ villaġġi u bażi militari qrib Maiduguri fl-Istat Borno.
Tim tal-emerġenza qal li għadd ta’ persuni li jgħixu fil-villaġġi nqatlu waqt li kienu qed jaħarbu mill-attakk.
Dan qed jitqies bħala wieħed mill-akbar attakki li seħħ minn mindu l-Gvern żvela li jinsab għaddej b’diskussjonijiet mal-militanti Islamiċi.