Minn tal-inqas tlieta u sebgħin persuna nqatlu f’żewġ splużjonijiet ħdejn il-qabar tal-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani fir-raba’ anniversarju tal-qtil tiegħu mill-Istati Uniti.
Aktar minn mija u sebgħin ruħ oħra ndarbu, meta l-isplużjoni laqtet purċissjoni li kienet għaddejja ħdejn moskea fil-belt ta’ Kerman.
Id-Deputat Gvernatur ta’ Kerman qal li dan huwa “attakk terroristiku”.
Meta seħħew l-isplużjonijiet, mijiet ta’ nies kienu mexjin lejn il-qabar bħala parti minn ċerimonja biex tfakkar il-memorja tal-Ġeneral, li kien inqatel f’attakk bi drone mill-Istati Uniti fl-Iraq fl-2020.