Minn tal-inqas 59 ruħ inqatlu f’attakk suspettat Ġiħadista f’Borno fin-Niġerja.
Bosta persuni fetħu l-armi fuq dawn il-persuni f’villaġġ remot fid-distrett ta’ Gubio fl-istat ta’ Borno.
Rapporti tal-lokal sostnew li n-nies tal-vilaġġ jemmnu li dan kien attakk ta’ tpattija.
Għadu mhux magħuf in-numru eżatt ta’ persuni li mietu hekk kif rapporti jgħidu li ġew nstabu 59 iġsma mejta filwaqt li oħrajn qed jgħidu li 69 ġew maqtula.
Reuters irrapurtaw li l-militanti kellhom suspett li l-persuna tal-vilaġġ xerrdu xi informazzjoni rigward xi movimenti lill-forzi tas-sigurtà filwaqt li rapporti minn aġenzija tal-aħbarijiet oħra tenniet li dawn il-Ġiħadisti ġew maqtula min-nies tal-lokal sabiex jipproteġu lil bhejjem tal-irziezet tagħhom.