Għexieren indarbu wara li waqa’ saqaf ta’ Stock Exchange ġewwa Jakarta, l-Indonesja. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:30 ħin lokali wara li għal xi raġuni sfronda s-saqaf tat-tieni sular tal-binja. Fuq il-post marru numru kbir ta’ ambulanzi u membri tas-salvataġġ fejn ħarġu lin-nies minn qalb it-tifrik.
Il-kawża tal-kollass tas-saqaf għadha mhux magħrufa.