Fl-aħħar ħinijiet il-profil ta’ ħafna persuni serva biex isellmu lil Ramon Casha hekk kif fuq Facebook ġriet l-aħbar tal-mewt tiegħu.
Ramon Casha kien iċ-chairperson tal-Assoċjazzjoni Umanista Maltija. Huwa semma’ leħnu fuq bosta suġġetti fosthom dwar il-libertajiet ċivili, l-ugwaljanza u temi soċjali oħra li jaffettwawna ta’ kuljum.
F’intervista li kellu, Casha, kien qal li wieħed ikun umanist għalih huwa stil ta’ ħajja ibbażat fuq ir-raġuni. “Għandna moralità li hija bbażata fuq ir-raġuni u l-umanità komuni tagħna,” kien qal Ramon Casha.