Minn tal-inqas 59 immigrant, inkluż 12-il tifel u tifla u tarbija, mietu, u għexieren oħra għadhom ma nstabux, wara li d-dgħajsa li kienu fuqha għerqet f’ibħra mqallba ftit ’il barra min-Nofsinhar tal-Italja.
Id-dgħajsa nqasmet waqt li kienet qed tipprova ssorġi viċin Crotone tul il-jum tal-Ħadd.
Abbord kien hemm immigranti mill-Afghanistan, mill-Pakistan, mis-Somalja u mill-Iran.
Il-Ministeru għall-Intern, Matteo Piantedosi, żar il-post u qal li hemm madwar tletin persuna oħra li għadhom ma nstabux.
L-iġsma bla ħajja nstabu fuq bajja fil-viċin tar-reġjun ta’ Calabria.
Uffiċjali tal-gwardja tal-kosta qalu li tmenin persuna nstabu ħajjin, inkluż dawk li rnexxielhom jaslu sal-bajja wara li għerqet id-dgħajsa.
In-numru eżatt tan-nies li kienu fuq id-dgħajsa, li telqet mit-Turkija numru ta’ ġranet ilu, għadu mhux ċar, però x’aktarx, id-dgħajsa kienet qed iġġorr aktar minn mitejn persuna.