MaltaPost tixtieq tinforma lill-pubbliku li s-Sub Uffiċċju tal-Posta “Steve Stationery”, li jinsab f’ 7 Triq Dun Spir Sammut, Balzan BZN 1020, se jkun magħluq bejn nhar il-Ħadd, 23 ta’Lulju, u l-Ħadd 30 ta’Lulju, 2023, iż-żewġ dati nklużi.
F’dawn il-ġranet, l-pubbliku jista’ juża s-servizzi li qed jingħataw mill-Fergħa Postali ġewwa Ħ’Attard, li tinsab f’ Misraħ Ġwanni Pawlu II, Attard ATD 2200.
Min-naħa l-oħra, is-Sub Uffiċċju tal-Posta “Universal Stationery”, li jinsab fi 22 Triq Ras il-Ġebel, Żebbiegħ, Mġarr MĠR 2021, se jkun magħluq ukoll bejn nhar it-Tnejn, 24 ta’Lulju, u l-Erbgħa 26 ta’Lulju, 2023, iz-żewġ dati nklużi.
F’dawn il-ġranet, il-pubbliku jista’ juża s-servizzi li qed jingħataw mill-Fergħa Postali tal-Mosta li tinsab ġewwa iċ-Ċentru Ċiviku, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta MST 905