One.com.mt hu infurmat li ftit tal-ħin ilu għelieqi qrib il-korsa fil-Marsa ħadu n-nar.
L-inċident seħħ fi triq il-Ġerrej fil-lokalità tal-Marsa għall-ħabta tas-18:55 ta’ filgħaxija.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin in-nirien ġew ikkontrollati.