Monsinjur Lawrence Gatt għadu kemm għalaq tmenin sena. Minnhom għamel żmien twil jieħu ħsieb id-Dar tal-Providenza. Waqt il-programm pjazza rrakkonta, b’mod li verament iġiegħel lil dak li jkun jimmaġina, il-mod li bih l-Arċiqsof qallu li jrid ikellmu.
Jiftakar ċar li kien jum l-omm, u għal bidu l-Monsinjur ħaseb li kien għamel xi waħda minn tiegħu xi seminarista.
Imma mhux hekk kellu jkun!