Meta dalgħodu twaħħlu għadd ta’ banners u billboards madwar il-pajjiż, minn dawk li jsejjħu lilhom innifushom soċjetà ċivili u occupy justice, kien hemm min staqsa x’kien li banner kbir twaħħal f’żona tal-Belt li minnha ma jgħaddux il-persuni u karozzi li jgħaddu minn bnadi oħra.
Iżda, one.com.mt jista’ jiżvela minn tagħrif li kiseb minn persuna qrib dan il-grupp li din kienet għażla studjata.
Jirriżulta li fil-madwar jgħixu persuni li nhar it-Tnejn kienu l-laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt jargumentaw li l-monument tal-Assejdu l-Kbir għandu jmur lura għall-istat li kien qabel tpoġġa r-ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia fjuri kif ukoll xemgħat.
Jidher li Beltin magħrufa, li kienu għal din il-laqgħa jargumentaw il-kontra, taw il-parir li dan il-banner għandu jitwaħħal f’din iż-żona biex idejjaq lil dawk li ma riedux jgħaddu minn Triq ir-Repubblika u jaraw il-monument kif inhu llum.
B’hekk minn tagħrif li ksibna jirriżulta li din kienet għażla konxja u provokattiva fl-istess jum li l-istess persuni ftehmu li jinġabru l-Belt quddiem il-monument.