Larua Bruno, hija r-rebbieħa tat-tmienja u erbgħin edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta ‘Għażiża’.
Wara l-kanzunetta ‘Għażiża’ b’kitba ta’ Mark Spiteri Lucas, fit-tieni post ikklasifikat il-kanzunetta ‘Namra’ tal-kantawtriċi Florence Aquilina. Din kienet segwita minn “Fissidni” tal-kantawtur Dario Bezzina, li ġiet fit-tielet post.
Apparti l-klassifika finali ingħataw tliet prempji oħra. Bil-premju Enzo Gusman għall-aħjar interpretazzjoni wkoll tintrebaħ minn Laura Bruno, filwaqt li Florence Aquilina rebħet il-premju għall-aħjar kantawtur.
Il-premju għall-aħjar tema soċjali, intrebħet minn Lon Kirkop bil-kanzunetta ‘Straight’.
Barra minn hekk ingħata premju speċjali, “Għanja li Tibqa’” lil Renato Micallef għall-kanzunetta “Bizzilla bil-Ġebliet” li kien ħa sehem biha f’dan il-konkors fl-edizzjoni tal-2002.
B’kollox kienu sittax-il kanzunetta, ilkoll bil-Malti, li ħadu sehem f’din l-edizzjoni li kienet ppreżentata minn Antonella Galea Loffreda u Joseph Galea.