Min jaħseb li jista’ jfajjar li jrid u jakkuża bl-addoċċ, għax hekk iħoss jew jaqbillu, il-liġi tal-Istampa, li llum ma tagħtix lok għall-proċeduri kriminali, ma taħfirx kull ħaga li tingħad jew issir. Tista’ tintlaqat minn liġi oħra.
Araw din.
101. (1) Kull min bil-ħsieb li jagħmel ħsara lil xi persuna,jakkuża lil dik il-persuna quddiem awtorità kompetenti b’reat, fil-waqt li jkun jaf li dik il-persuna hija innoċenti, għall fatt biss lijkun akkużaha, jeħel, meta jinsab ħati –
(a) il-piena ta’ priġunerija minn tlettax sa tmintax-ilxahar, jekk l-akkuża falza tkun ta’ delitt suġġett għall-piena akbar mill-piena ta’ priġunerija għal żmiensentejn;
(b) il-piena ta’ priġunerija minn sitt xhur sa disa’ xhur,jekk l-akkuża falza tkun ta’ delitt suġġett għall-pienamhux akbar mill-piena ta’ priġunerija għal żmiensentejn, iżda li ma jaqax taħt il-pieni tal-kontravenzjonijiet
(ċ) il-piena ta’ priġunerija minn tlitt ijiem sa tliet xhur,jekk l-akkuża falza tkun ta’ kull reat ieħor. Ċirkostanzi aggravanti.
(2) Meta d-delitt isir bil-ħsieb ta’ estorsjoni ta’ flus jewħwejjeġ oħra, il-piena tiżdied grad.
Meta bniedem jitlob inkjesta fuq xi ħadd ikun qed jiddenunzja lill-persuna quddiem awtorità kompetenti.
Aħna dejjem nirreferu għal-ligi Taljana u hemm dan ir-reat, li differenti mir-reati tal-istampa. Ħalli niktbu ħalli ħadd ma jgħid li qed nivvinta:
Art. 368.
Calunnia.
Chiunque, con denunzia, querela, richiesta o istanza, anche se anonima o sotto falso nome, diretta all’autorità giudiziaria o ad un’altra autorità che a quella abbia obbligo di riferirne o alla Corte penale internazionale, incolpa di un reato taluno che egli sa innocente, ovvero simula a carico di lui le tracce di un reato, è punito con la reclusione da due a sei anni
Mhux naħsbu li l-kalunja spiċċat fil-kodiċi tagħna.