Is-settur tal-avjazzjoni u dak turistiku, għaddej minn perjodu ħażin f’dawk il-pajjiżi milquta mill-attakki terroristiċi. Jidher li t-Turkija huwa l-aktar pajjiż milqut, bi tnaqqis sostanzjali ta’52% fin-numru ta’ persuni li jagħżlu din id-destinazzjoni għall-vaganza tagħhom, meta kkumparat mal-istess perjodu fis-sena ta’ qabel.
Disneyland f’Pariġi u t-Torri Eiffel wkoll se jkunu qed jaraw inqas turisti hekk kif fl-istess perjodu, il-persentaġġ ta’ nies li għażlu Franza bħala d-destinazzjoni tagħhom naqas b’20%.
Jidher li pajjiżi oħra bħall-Malta,Italja u Spanja, huma l-għażla tat-turisti li xtaqu li jippjanaw vaganza fl-Ewropa iżda ħakmithom il-biża ta’ xi attakk terroristiku.