Ħamest’ijiem qabel il-poplu jagħmel l-għażla, Il-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mal-Ministru Edward Scicluna u Gavin Gulia dalgħodu spjegaw il-proposti progressivi tal-Partit Laburista. Dawn huma proposti sostenibbli u reposnsabbli, costed mill-aktar team ekonomikament kompetenti. Il-proposti tal-PL ikomplu jibnu fuq is-suċċess ekonomiku li kellna f’din il-leġislatura. Gvern Laburista lest ikompli jwassal aktar ġid għand kulħadd. Joseph Muscat spjega li dak kollu li hu propost minn Partit Laburista, il-pajjiż jiflaħ għalih. Minn naħa l-oħra, Simon Busuttil jipproponi kalkoli żbaljati.
IL-PROPOSTI PROGRESSIVI TAL-PL
Huwa mistenni li fis-snin li ġejjin pajjiżna ser igawdi minn rrata ta’ tkabbir reali li tlaħħaq bejn 6% u 6.5%. Dan ifisser li s-surplus fiskali fis-snin li ġejjin jibqa’ sostnut u jintqaqqas id-dejn li pajjiżna akkumula fil-passat. Il-Ministru Edward Scicluna spjega kemm jiswew il-prioritajiet tal-Partit Laburista.
IL-PROPOSTI TA’ SIMON BUSUTTIL U MARLENE FARRUGIA
B’kuntrast, spjega kemm jiswew dawk ta’ Simon Busuttil u Marlene Farrugia, u t-tip ta’ impatt li jkollhom fis-soċjetà u r-rota ekonomika Maltija. Se jidħlu għal spiża ta’ €1.3 biljun, jew kważi 14% tal-ġid nazzjonali. Ħafna mill-proposti huma ripetuti jew diġà twettqu. Dan minbarra li mhumiex affordabbli u jpoġġu l-istabbilità ekonomika f’riskju. Huma proposti li jew mhux costed, jew costed b’mod żbaljat.
Simon Busuttil ma qalx, per eżempju, xinhu l-kalkolu dwar iż-żieda fiċ-children’s alowance u trasport għat-tfal tal-iskola. Ma qalx il-kalkolu tiegħu dwar penjoni sħiħa lir-romol u tas-servizzi, jew l-iskema ta’ xiri ta’ bolol u eżenzjoni ta’ taxxa. Żbalja wkoll fil-kalkoli tiegħu fejn tidħol tnaqqis fit-taxxa.
“Il-pajjiż jieħu daqqa kbira ta’ ħarta fejn jidħol dejn” spjega Joseph Muscat, jekk Simon Busuttil ikun fil-Gvern.
Iffaċjati bl-ispiża enormi li jidħlu għaliha Simon Busuttil u Marlene Farrugia, ikollhom tliet alternattivi: li jerġgħu jitfgħu l-pajjiż f’Excessive Deficit Procedure, li jżidu t-taxxi jew li ma jwettqux dak li qed iwiegħdu.
Joseph Muscat qal li huwa biss permezz tal-Partit Laburista li l-stabilità li permezz tagħha jibqa’ jkollna surplus u l-ġid li jitkattar jagħmel differenza f’ħajjet in-nies. Hemm track record ta’ Gvern Nazzjonalista u anke tal-Partit Laburista, li dak li qal wettqu.
Il-kuntrast joħroġ ċar meta wieħed jara x’wiegħed il-PN u dak li twettaq fil-verità.