Żagħżugħ ta’ 23 sena mir-Repubblika Ċeka ingħata sentenza sospiża u multa wara li ammetta li kkawża kommossjoni u rreżista l-arrest waqt waqt li kien taħt l-effett tax-xorb f’Paceville.
Fil-Qorti kien akkużat ukoll li hedded u ħebb għal Pulizija, li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija, li kien fis-sakra u li ma kienx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu fil-pubbliku.
Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta, bil-pulizija meta jaslu fuq il-post biex jikkalmaw liż-żgħażugħ ifissru kif huwa kellu riħa qawwija ta’ xorb, beda jinsulta lill-Pulizija u pprova jxejjer daqqa ta’ ponn lil wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija iżda ma laqtux. Il-Qorti ddeċidiet li tikkundanna lill-akkużat għal sitt xhur ħabs sospiżi għal sena u mmultatu elf ewro.