Għaxar persuni ġew salvati minn fuq dgħajsa tal-kiri ’l barra miż-Żonqor f’Marsaskala. Il-każ seħħ tard il-Ġimgħa filgħaxija.
L-ewwel rapporti dwar l-inċident waslu fiċ-Ċentru tal-Kontroll u Kordinazzjoni tas-Salvataġġ tal-Forzi Armati li immedjatament bagħat numru ta’ bċejjeċ tas-salvataġġ fuq il-post biex jassistu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-għaxar persuni ddaħħlu l-art b’mod sigur u ħadd ma ġarrab xi ġrieħi.