Payton Gendron huwa ż-żagħżugħ ta’ tmintax -il sena li ġie identifikat bħala s-suspettat ewlieni fl-attakk b’tiri f’supermarket li ħalla għaxar persuni mejta.
L-akkużat ġie arrestat wara operazzjoni fit-tul.
Huwa daħal f’supermarket fil-belt ta’ Buffalo fi New York u fetaħ in-nar filwaqt li ġibed filmati tal-att u ppubblikahom b’mod dirett fuq il-midja soċjali.
Rapporti tal-midja internazzjonali qegħdin jgħidu li s-suspettat beda jgħajjat tgħajjir dispreġġjattiv u li ppubblika manifest li kien jinkludi fih lingwaġġ u ideat razzisti.
Huwa mifhum li s-suspettat saq għal sigħat twal biex wasal għal din iż-żona partikolari fil-belt ta’ Buffalo fejn hemm preżenza predominanti ta’ persuni f’karnaġġjon skur.
Fil-fatt, il-maġġoranza tal-vittmi f’dan l-attakk għandhom ġilda skura.
L-awtoritjiet fosthom l-FBI jissuspettaw li dan kien attakk b’mottiv razzjali u ddeskrivewh bħala att ta’ estremiżmu vjolenti.
Iż-żagħżugħ ittella’ l-Qorti mixli b’omiċidju premeditat.