Direttur ta’ kumpanija ingħata sentenza ta’ għaxar xhur ħabs wara li l-qorti sabitu responsabbli għal inċident li seħħ fl-2008.
Apparat tad-dawl kien waqa’ waqt attività, bil-konsegwenza li tfajla spiċċat paralizzata minn żaqqha ‘l isfel.
Il-Maġistrat Donatella Fendo Dimech sabet lil Maurice Attard ta’ 52 sena, direttur ta’ Sonlit Ltd, responsabbli. Sonlit tqabbdet minn kumpanija oħra biex ittella struttura li minnha apparat tad-dawl kien imdendel, f’diskoteka pubblika fil-beraħ f’San Pawl il-Baħar.
Rih qawwi li ħakem il-post tliet sigħat wara li beda l-festin wassal biex waqgħu l-ispotlights u weġġgħu tmien persuni, fosthom Vlada Krevchenko ta’ 25 sena, li dak iż-żmien kellha biss 17-il sena u li kienet għadha kemm waslet id-disco. Illum-il ġuranta l-Ukrena trid tuża s-siġġu tar-roti. Hija kienet preżenta meta nqrat is-sentenza.
Il-Maġistrat saħqet li s-saħħa u s-sigurtà f’attivitajiet bħal dawn huma ta’ importanza massima, u qalet li hija ħasra kbira li persuna inbidlitilha ħajjitha kompletament, sempliċement għax kienet f’post u ħin partikolari.