Tiġdid totali fi ħdan l-uffiċċju internazzjonali studenteska Pulse ġab miegħu il-‘Pulse Ambassadors Program’. Programm li jagħti opportunità lill-istudenti Maltin sabiex jesperjenzaw il-fora internazzjonali f’diversi oqsma. Fost il-ħafna impenji li ġab miegħu dan it-tiġdid, bdew diskussjonijiet bejn l-għaqda Pulse flimkien mal-Malta China Friendship Society u l-President ta’ din is-soċjetà Mr Reno Calleja fejn kien strumentali sabiex jattira stedina għall-disa studenti Maltin fil-Beijing Joy Dancing Festival ġewwa ċ-Ċina
Tkellimna ma’ Karl Attard, l-uffiċjal internazzjonali għall-għaqda Pulse u rappreżentat f’dan l-avveniment kulturali sabiex jispjega dan il-programm flimkien ma l-esperjenza li kellhom ġewwa ċ-Ċina. Carly Zarb ukoll qasmet magħna id-diversi preparamenti li kellhom isiru hekk kif ħadet ħsieb il-korjografija ta’ diska folkloristiika li tellaw ir-rappreżentanti Maltin sabiex jagħtu togħma tal-identità kulturali li Malta tħaddan.