Jum l-Omm ta’ din is-sena se jibqa’ mnaqqax għal dejjem bħala l-aktar jum speċjali għal Massielle u John, koppja li ilhom għaxar snin jippruvaw isiru ġenituri.
Proprju f’Jum l-Omm, Massielle tat il-ħajja lil tifel ċkejken, li diġà stqarret li mlielha ħajjitha fi ftit sigħat biss.
Stqarret, “Ifhem l-isbaħ ġurnata ta’ ħajti, li ilni nistenniha wara għaxar snin, kelli loss jiena u għaxar snin wara, wasal baby Zyon.”
L-omm tkellmet magħna dwar l-esperjenza tal-ħlas.
Sostniet, “Ifhem tiegħi ma kinitx faċli imma għaddiet hu, meta tarah f’idejk hu mhux tinsa l-uġiegħ kollu.”
Ma’ Massielle ingħaqad żewġha John, li b’għajnejh jixegħlu, qalilna kemm dan huwa jum speċjali għalihom.
Stqarr, “Ħafna hu sabiħ għat-tnejn li aħna hu speċjalment għall-mara.”
Fost dawk li taw il-ħajja f’Jum l-Omm, kien hemm ukoll Malvina, li welldet lit-tieni tifel tagħha.
Bi tbissima qaltilna kif issa tħares ’il quddiem għall-futur, meta tixtri rigal għal binha f’għeluq sninu u hu jixtrilha wieħed għal Jum l-Omm.
Qalet, “It wasn’t planned on Mother’s Day but he just came on this day so I am very happy and what I was thinking is that I will do his present for his birthday and he has to give me a present back for Mother’s Day so we will exchange presents.”
Għalkemm il-ħlas mhux faċli, fil-jum li jfakkar l-ommijiet, Malvina saħqet li l-mara hija b’saħħitha u kapaċi tegħleb kull ostaklu.
Sostniet, “It was my second birth experience and natural birth, it was not easy but good. Women are strong so we do everything.”