L-Aġenzija Żgħażagħ għalqet għaxar snin mit-twaqqif tagħha.
Fost il-ħidma li tagħmel din l-aġenzija qed tinvesti f’seba’ ħaddiema żgħażagħ li jaħdmu erbgħin siegħa fil-ġimgħa f’diversi lokalitajiet.
Dan l-anniversarju qed jiġi ċċelebrat fil-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ Miriam Theuma qalet kif l-għan ta’ din l-aġenzija huwa li tipprovdi liż-żgħażagħ bil-ħin u l-ispazju sabiex jagħmlu ħbieb.
Il-Ministru għall-Kwalità tal-Ħajja u l-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli qalet kif il-ħidma ta’ dan il-Gvern qed tagħti diversi opportunitajiet liż-żgħażagħ.
Qal, “Dan il-Gvern verament jemmen biż-żgħażagħ tagħna billi jagħtihom dik l-għodda biex huma jkomplu javvanzaw fis-soċjetà – internet b’xejn, edukazzjoni, investiment fl-isports bla preċident li qed isir fil-pajjiż. Imma wkoll l-akbar għodda li qatt setgħa jagħti liż-żgħażagħ, il-Vot 16, fejn Malta kienet fost l-ewwel fl-Ewropa li ta dan id-dritt.”
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-żgħażagħ Clifton Grima li qal kif dan l-anniversarju qed jitfakkar fl-isfond li l-Gvern ħabbar il-politika nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Qal, “Kif ukoll inħares ‘il quddiem b’entuzjazmu għall-fatt, li din l-aġenzija ħa tkun propju taħdem sabiex timplimenta dik li hija l-istrateġija nazzjonali taż-żgħażagħ fl-għaxar snin illi ġejjin.”