Illum qed jitfakkar l-għaxar anniversarju, minn meta Anders Behring Breivik wettaq massakru fin-Noverġja.
Fit-22 ta’ Lulju 2011, Breivik tefa’ bomba fil-kapitali Norveġiża, li biha nqatlu tmien perusni, wara huwa mar jispara, f’attività tas-Soċjalisti fil-gżira ta’ Utoya.
Żagħużgħa li salvat minn dan l-attakk, stqarret li ma setgħetx tiddeċiedi liema funerali tmur għaliex kien hemm ħafna.
Breivik kien ammetta li qatel 77 persuna u stqarr li l-intenzjoni tiegħu kienet li jiġbed l-attenzjoni lejn il-manifest tiegħu, li jesprimi ideoloġiji lemin-estrem, jew kontra dawk Musulmani.
Sena wara l-attakk huwa kien ngħata sentenza ta’ massimu ta’ 21 sena ħabs.
Is-sentenza tiegħu tista’ tiżdied b’mod indefinit, mis-sistema ġudizzjarja Norveġiża, sakemm Breivik ikun għadu kkunsidrat bħala theddia għas-soċjetà.
Dalgħodu saret ċeremonja fil-binja ċentrali tal-Gvern Norveġiż.
Waranofsinhar mistennija ssir ċeremonja f’Utoya, filwaqt li hu mistenni li jindaqqu l-qniepen madwar il-pajjiż biex jitfakkar dan l-episodju ikrah fl-istorja Norveġiża u dik Ewropea.