Għaxar snin ilu l-poplu malti beda jagħmel użu mill-munita ewro.
Għaxar snin minn meta Malta issieħbet fiż-żona ewro, ġiet organizzata konferenza mill-Malta Institute Managment dwar din il-bidla fil-munita nazzjonali ta’ pajjiżna.
Politiċi u esperti qasmu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-għaxar snin minn meta Malta addottat l-munita ewro, u l-futur ta’ din l-munita.
Il-Konferenza kienet indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat li sejjaħ iż-Żona Ewro bħala proġett politiku.
Il-Prim Ministru qal li d-deċizzjonijiet li jittieħdu mill-mexxeja ewropea jaffettwa ż-żona ewro. Hawn irrefera għall-kriżi tal-Greċja fl-elfejn u ħmistax. Spjega kif meta l-mexxejja ewropej kien qegħdin jiddiskutu u jieħdu d-deċizzjonijiet, dejjem zammew f’moħħom il-munita ewro. Deċizzjonijiet li kellhom jaffettwaw jekk il-munita ewro tiqbax ħajja jew le.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa favur Unjoni Ewropea li timxi fuq żewġ binarji parraleli.
Hawn qal li jemmen li pajjizi Ewropej għandhom jingħataw opportunita li jimxu l-quddiem f’oqsma differenti.
Il-Ministru għall-ekonomija Chris Cardona qal li l-munita ewro hija munita viżibli, stabbli u li toffri trasparenza fil-prezzijiet.
Tkellem dwar il-qagħda ekonomika li għandha Malta. Pajjiżna qiegħed igawdi minn ekonomija b’saħħitha, sitwazzjoni differenti minn pajjiżi ewropej oħra.
Filfatt f’dawn l-aħħar erba’ snin Malta għaddiet minn vjaġġ pożittiv li minn defiċit kellna surplus.
It-tkabbir ekonomiku qed ikompli jikber b’mod robust u Malta hija t-tieni pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad mill-Unjoni Ewropea.