Ferdinand Onovo min-Niġerja weħel għaxar snin ħabs u multa ta’ €25,000 wara li ammetta li daħħal droga f’Malta u li kien parti minn ċirku tat-traffikar ta’ sustanzi illegali.
Fi Frar tal-2008, żewġ persuni li nqabdu jipprovaw idaħħlu kważi sitt kilos kokaina fuq titjira minn Tripli. Droga b’valur ta’ bejn erbgha mitt elf u sitt mitt elf ewro.
Dawn ikkollaboraw mal-Pulizija, u f’konsenja kkordinata, waslu għal Onovo.
Id-droga kienet intiża ghal Malta ghalkemm parti minnha kellha tkun esportata lejn in-Noverġja.