Għaxar Maltin se jkunu qed jesebixxu u jtellgħu l-Presepju tagħhom f’wieħed mill-aqwa mużewijiet fid-dinja li hemm f’Washington DC fl-Istati Uniti.
Dan sar wara kompetizzjoni li fiha kkompetew madwar ħamsa u għoxrin presepist.
Il-Presepji Tradizzjonali Maltin se jdumu fil-mużew tal-Arti tal-Bibbja għal aktar minn erba’ xhur, b’wieħed minnhom se jintgħażel u jibqa’ hemmhekk b’mod permanenti.
Id-Direttur tal-Kultura, is-Sur Mario Azzopardi qal: “Li huwa interessanti koll li propju wieħed minn dawn il-prespeji se jibqa’ hemmek b’mod permanenti se jagħżluh huma l-presepju u dan se jibqa’ hemmek b’mod permanenti, esebizzjoni li ħaddum għal numru ta’ xhur mhux ħażin iġifieri mhux żmien għal Milied biss tibda minn thanks giving u tibqa’ sejra sa’ Marzu.”
Il-Ministru għall-Kultura Josè Herrera qal li esebizzjoni bħal din se tkompli tgħolli isem Malta fuq livell internazzjonali, din id-darba f’kontinent lil hinn mill-Ewropa.
Huwa sostna: “Mhux biss se ngħidulhom prosit iżda se jesebixxu dan il-presepju għal 4 xhur sħaħ u Min jirbaħ il-presepju tiegħu se jsir parti mill-assi ta’ dak il-mużew, mela aħna se jkollna parti minn Malta f’dan il-mużew dedikat lill-Bibbja preżenti hemmhekk għax min se jirbħa se jkun hemmhekk.”
Dan kollu seta’ jsir ukoll wara ħidma mill-Ambaxxatur Malti għall-Istat Amerikan, Keith Azzopardi.