Minn tal-inqas 10 persuni nqatlu fl-aħħar ħin waqt kunflitt fil-Lvant tal-Ukraina. Rapporti mill-midja internazzjonali qed jiddeskrivu dan il-kunflitt bħala wieħed mill-agħar fl-aħħar ġimgħat bejn il-militar Ukren u militanti pro-Russja.
Il-Kunflitt tal-lum ħakem il-belt ta’ Avdiivka minkejja ftehim għall-waqfien mill-ġlief fix-xhur li għaddew. Fost il-mejta kien hemm kemm suldati kif ukoll nies ċivili.
Il-Kunflitti fl-Ukraina bdew fl-2014 wara li r-Russja għaqdet ir-reġjun tal-Crimea magħha stess. Minn dak iż-żmien sa issa, 9,700 persuna tilfu ħajjithom fil-ġlied.