Terremot qawwi li kejjel sitta punt erbgħa fuq l-iskala Richter heżżeż destinazzjoni popolari mat-turisti fl-Indoneżja.
Kawża tiegħu għaxar persuni tilfu ħajjithom, għexieren oħra indarbu, u numru ta’ binjiet sofrew ħsarat.It-terremot seħħ fil-gżira ta’ Lombok għall-ħabta tas-sebgħa tal-Ħadd filgħodu.
Gżira li tattira lejha turisti minn madwar id-dinja, fosthom anki minn pajjiżna, u li tinsab mal-erbgħin kilometru Lvant ta’ Bali.
It-terremot kien segwit minn sittin oħra żgħar, bl-ikbar wieħed minn dawn kejjel ħamsa punt sebgħa fuq l-iskala Richter.