Għaxar persuni weġġgħu, tlieta minnhom serjament, waqt li ppruvaw joħorġu minn ġo ferravija li ħadet in-nar fil-belt ta’ Valencia si Spanja.
In-nar intensifika minħabba riħ qawwi li hemm fiż-żona, tant li anki l-pumpiera kellhom jitilqu jiġru biex isalvaw.
Il-ferrovija kienet fi triqtha lejn Zaragoza minn Valencia meta n-nar waqqaf il-vjaġġ ħesrem.
Ix-xufier tal-ferrovija talab lill-passiġġieri biex jibqgħu fuq il-ferrovija iżda kien hemm uħud li qabadhom paniku u ġrew biex joħorġu.
Waqt li kien se jsuq il-ferrovija b’lura, bi 48 passiġġier abbord, uħud minnhom kissru l-ħġieġ biex jippruvaw joħorġu minnhom.
Dawk li rnexxielhom joħorġu sofrew minn ħruq kbir u hemm uħud minnhom li jinsabu f’qagħda kritika.
Il-vittmi bl-agħar feriti huma mara ta’ 58 sena u tfajla ta’ 15-il sena.