Il-protesti fiċ-Ċina kontra r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, intensifikaw fl-aħħar ħinijiet hekk kif fost l-oħrajn blokka appartamenti f’Urumqi ngħatat in-nar, bl-inċident iħalli mal-għaxar persuni mejta.
Filmati fuq mxerrda fuq il-midja soċjali minn ġurnalisti internazzjonali juru eluf ta’ persuni fit-toroq ifakkru l-vittmi li tilfu ħajjithom f’dan l-inċident sfortunat filwaqt li dawk li niżlu fit-toroq qegħdin jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet preżenti fiċ-Ċina.
Dan fl-isfond ta’ mijiet ta’ persuni li qegħdin jitolbu għar-riżenja tal-President Ċiniż Xi Jinping.
Il-ħruq tal-appartamenti qiegħed jingħad li kien kawża tal-lockdown f’binjiet residenzjali, iżda dan qiegħed ikun miċħud mill-awtoritajiet tal-pajjiż.
Madanakollu, f’mossa mhux tas-soltu fiċ-Ċina, l-awtoritajiet ta’ Urumqi tablu apoloġija għal dak li ġara.