Minn tal-inqas għaxar persuni tilfu ħajjithom wara li karozza baqgħet dieħla f’folla nies, f’New Orleans, fl-Istati Uniti.
Ma’ dawn il-vittmi, hemm madwar 30 persuna oħra li ndarbu f’dan l-inċident serju.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Rapport mill-midja Amerikana qed jgħidu li l-karozza kienet qed tinstaq b’veloċità eċċessiva, wara l-karozza waqfet u x-xufier kellu arma tan-nar u beda jispara.
L-FBI qed tittratta dan il-każ bħala wieħed ta’ terroriżmu, waqt li l-aggressur qed ikun irrapportat li nqatel fuq il-post.