L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħarġet il-permessi għall-għaxar barrieri fil-limiti tal-Imqabba, is-Siġġiewi u l-Iklin.
Fost l-oħrajn f’dawn il-barrieri se jkun permess li jintrema’ skart ta’ kostruzzjoni fihom, dan wara li ma kienux qed jitħallew jagħmlu dan għal diversi ġimgħat.
Il-permessi li ħarġu huma marbuta ma’ prattiċi tajbin favur l-ambjent.