Għaxar Ministri fl-Awstralja bagħtu ittra ta’ riżenja lill-Prim Ministru Malcolm Turnbull wara attentat biex dan jitneħħa minn mexxej tal-Partit.
Turnbull rebaħ it-tellieqa għal mexxej tal-Partit fil-Gvern, iżda jidher li issa se jkollu jaffaċċja sfida oħra. Dan aċċetta r-riżenja tal-Ministru għall-Intern Peter Dutton fost oħrajn, li kien rivali tiegħu fl-elezzjoni tat-tmexxija.