Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li għaxar miljun Ukren bħalissa jinsabu mingħajr provvista ta’ dawl minħabba attakk Russu permezz tal-missili.
Minn tal-inqas seba’ persuni mietu f’dan l-attakk u n-numru mistenni jkompli tiela’.
F’indirizz lill-poplu u lid-dinja matul il-lejl, Zelensky qal li l-Ukrajna qed tagħmel dak kollu li tista’.
Fil-fatt, id-difiża tal-ajru Ukrena rnexxielha twaqqa’ sitt missili u ħames drones.
Matul il-jum tal-Ħamis, ir-Russja bbumbardjat l-Ukrajna bil-missili li laqtu diversi installazjonijiet tal-enerġija u binjiet ta’ nies ċivili.