Matul is-sena 2016, tressqu għaxar persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ stupru.
Dawn kienu kollha rġiel, erbgħa Maltin u sitta barranin. Kien hemm każ wieħed biss fejn persuna ta’ nazzjonalità barranija li kienet imressqa, ġiet illiberata mill-akkużi, l-każijiet l-oħra għadhom sub-judice.
Dan qalu fi tweġiba Parlamentari l-Ministru Carmelo Abela għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.