Bir-riġenerazzjoni tal-pjazza Tritoni fil-Belt Valletta issa se jkun hemm għaxar gabbani ġodda biex il-kummerċ li kien qed isir f’dawn l-inħawi ma jmutx.
Is-segretarju Parlamentari Deborah Schembri spjegat li tlieta minn dawn il-gabbani se jkunu biswit il-lukanda Phoenicia u sebgħa oħra man-naħa tal-venda, qalet ukoll li bħalissa hemm gabbani li mhux qed joperaw legalment u għalhekk il-proċess ma kienx faċli.
Is-sidien tal-gabbani attwali se jingħataw ‘right of first refusal’ fuq gabbana waħda biss meta fiż-żmien li ġej se jintagħżel liema sid se jieħu l-gabbana l-ġdida, proċess li se jittella bix-xorti. Schembri spjegat li l-Gvern assigura li l-bżonnijiet ta’ kull sid jintlaħqu. Anke llum, kull gabbana għandha negozju differenti u għalhekk proċess ta’ one size fits all ma kienx possibbli.