Għaxar baħrin jinsabu mitlufa u ħamsa oħra ndarbu meta destroyer tal-Istati Uniti ħabat ma’ tanker taż-żejt ftit ‘il barra mill-kosta ta’ Singapore.
Id-destroyer tal-Istati Unit kien fil-Lvant ta’ Singapore u kien qed jipprepara biex jieqaf f’port meta għal xi raġuni ħabat mat-tanker.
Bħalissa għaddejja tfittxija estensiva għal dawk il-baħrin mitlufa.
Il-President Amerikan kiteb mal-ewwel fuq Twitter joffri t-talb għal dawk mitlufa u l-familji tagħhom u jħabbar li għaddejja tfittxija estensiva.
Din hija t-tieni ħabta li involviet bastiment navali Amerikan fl-aħħar xhur.