Is-sena li għaddiet, saru kważi mal-għaxar attakki kuljum fuq l-immigranti fil-Ġermanja.
Dan qalu l-ministru għall-intern Ġermaniż li qal li b’kollox kien hemm total ta’ ħames mija u sittin persuna li ndarbu fi vjolenza, inkluż tlieta u erbgħin minnhom tfal.
Id-deċiżjoni tal-kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel biex tippermetti li fil-Ġermanja tilqa’ persuni li qed jaħarbu l-kunflitt u l-persukuzzjoni wasslet biex tat spinta lir-reati ta’ mibgħeda.
Intant, il-Ġermanja qed tissara ma’ xogħol b’lura ta’ applikazzjonijiet għall-ażil u hemm biża’ dwar is-sigurtà fil-pajjiż wara sensiela ta’ attakki terroristiċi madwar l-Ewropa.