Għaxaq Boċċi Club għalqu l-istaġun tal-Pool organizzat mill-Malta Pool Association b’ rebħa fil-finali tas-Super Cup.
Wara li l-ġimgħa l-oħra t-tim għaxqi safa’ megħhlub fil-finali tal-kampjonat Premier huma rkupraw tajjeb u għelbu lill-istess champions nazzjonali Cospicua Rangers 11-9 biex b’hekk kienu huma li għollew l-aħħar trofew tal-istaġun wara li aktar kmieni din is-sena rebħu tliet unuri oħra fosthom il-kompetizzjoni knockout, Tazza tal-Milied u Tazza tal-Għid il-Kbir.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI

