Għaxaq Boċċi Club C huma r-rebbieħa tal-kampjonat tat-Tieni Divizjoni organizzat mill-Malta Pool Association. Fil-finali t-tim Għaxqi għeleb lil dak ta’ Cospicua Rangers C bl-iskor konvinċenti ta’ 11-6 u b’ hekk kiseb it-tieni suċċess tiegħu tal-istaġun wara r-rebħ tal-kompetizzjoni knockout.
Il-lejla jmiss il-finali tal-kampjonat tal-Ewwel Divizjoni li ser tlaqqa’ lit-tim Ta’ Kruc Siġġiewi u St. George’s Band Club Qormi. Finali li ser tintwera live fis-7pm fuq il-mezzi socjali tal-Malta Pool Association.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI

