Fl-istess żmien li l-Partit Nazzjonalista qal li se jikkampanja favur il-libertà tal-espressjoni u d-demokrazija, l-Oppożizzjoni fetħet attakk kontra l-avukat John Bonello li jippresjedi fuq it-tribunal għat-talbiet iż-żgħar.
Saħansitra talbet lill-Prim Imħallef biex jitlob lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tieħu passi kontra tiegħu.
Dan għamlitu għax fl-aħħar ġimgħat Bonello seta’ kien kritiku tal-Partit Nazzjonalista u esponenti tiegħu, permezz ta’ kummenti fuq il-midja soċjali.
Fil-Parlament, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għamilha ċara li ma kienx qed jitkellem f’ismu biss.