Bħala parti mill-preparamenti għal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa (GSSE) tal-2023 li se jsiru f’Malta, l-ASA flimkien mal-Kowċ Nazzjonali Delon Dannhauser għażlu skwadra ta’ Għawwiema biex jipparteċipaw fis-CIJ Meet 2022 li se ssir bejn it-18 u l-20 ta’ Marzu 2022 fil-Lussemburgu.
L-għażla saret fost għawwiema ta’ etajiet varji wara li ġew meqjusa r-riżultati u l-prestazzjonijiet tagħhom matul l-aħħar xhur.
Neptunes: Azzopardi Mya, Camenzuli Kristina, Camilleri Andre, Demicoli Sarah, Micallef Amy, Valletta Martina, Woods Thomas.
Sliema: Borg Kelsey, Cachia Dylan, Cachia Nathan, Galea Matthew, galea Maya, Grech Carr Emily, Mallia Simon, Portelli Michela, Stafrace Michael, Sulivan Luke, Wareing Thomas.
Sirens: Davis Jon-Paul, Mallia Andrea, Spiteri Rudi.
Aquahub: McCleave Nathan, Micallef Nirvana, Umnov Michael.
L-Iskwadra titlaq minn Malta fis-17 u tirritorna fil-21 ta’ Marzu. Għawwiema bbażati barra minn Malta se jingħaqdu mal-iskwadra direttament mill-pajjiżi rispettivi tagħhom.
Delon Dannhauser se jkun il-Kowċ Prinċipali u se jkun assistit minn Andrew Pisani bħala fiżjoterapista. Christine Demicoli se tkun preżenti bħala Uffiċjal Kwalifikat tal-FINA biex tassissti fit-tmexxija tul il-Kompetizzjoni, filwaqt li l-Viċi President tal-ASA David Bonello inħatar bħala l-Maniġer tat-tim.
Matul it-tlett ijiem tal-kompetizzjoni l-għawwiema se jkunu qed jieħdu sehem f’total ta’ 90 avvenimenti individwali u 8 avvenimenti relay.