Għal ħames sena konsekkuttiva, l-istaff, flimkien ma numru’ nies oħra tal-lukanda Grand Hotel Excelsior qed jorganizzaw għawma fit-temp kiesaħ ta’ Diċembru, fil-port ta’ Marsamxett u l-pixxina tal-lukanda bl-għan li jinġabru l-flus għall-Istrina. Dan l-avveniment se jkun qed isir fit-3 ta’ Diċembru.
Kull parteċipant huwa mitlub iħallas €10, donazzjoni li se tmur għal Malta Community Chest Fund.Il-parteċipanti se jingħataw barnuża tal-milied flimkien ma’ ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.
Il-banda tal-Pulizija se tkun preżenti ukoll bl-għan li tħeġġeġ aktar nies jipparteċipaw u tferraħ lil dawk preżenti. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca se tattendi wkoll għal dan l-avveniment b’għan nobbli.
Dawk interessati li jipparteċipaw jistgħu iċemplu fuq 21250520.