L-għawwiem malti Kyle Micallef waqqaf rekord nazzjonali ġdid fil-50m Freestyle b’ħin ta’ 22.80. Micallef għamel dan waqt li kien qed jirrapreżenta lill-pajjiżna fil- European Aquatic Swimming Championships li kienu qed isiru f’Belgrad.
Ir-rekord preċedenti tal-50m Freestyle kien f’idejn Matthew Zammit li kien ta’ 22.82 u mwaqqaf fl-2016.
Apparti l-50m freestyle, Kyle Micallef ħa sehem ukoll fil-50m Butterfly. F’Belgrad huwa kien akkumpanjat mill-kowċ tiegħu Jerome Elliott.
Intant l-uffiċjal malti David Bonello kien qed isegwi l-andament tal-Kampjonati Ewropej fir-rwol ġdid tiegħu fil-kumitat tekniku ta’ European Aquatics.