Matul l-Ewwel Jum tas-Swimming Cup ġewwa l-iSlovakia, gġaxra minn tlieta u għoxrin għawwiema kisbu l-aħjar ħinijiet personali, uħud minnhom f’diversi avvenimenti.
Il-punti ewlenin tal-ġurnata kienu madankollu ż-żewġ National Short Course Records li nkisbu fl-avvenimenti tal-1500m Freestyle kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.
Fl-avveniment Irġiel 1500m Freestyle Dylan Cachia għam ħin ta’ Short Course National Record ta’ 16:28.23. Il-ħin preċedenti kien ta’ John Hick b’ħin ta’ 16:51.30 miksub f’Sao Paolo f’Novembru 2019.
Fl-avveniment tan-nisa 1500m Freestyle, Sasha Gatt (ritratt fuq) tejbet ir-rekord preċedenti tagħha ta’ 16:46.28 li kienet kisbet f’Novembru tal-2021 f’Kazan bi kważi 10 sekondi meta għamet id-distanza f’ħin tar-Rekord Nazzjonali tax-Short Course ta’ 16:37.36. Meta għamlet dan, hija tejbet ukoll ir-Rekord Nazzjonali tat-800m Short Course b’ħin maqsum ta’ 8:48.35. Ir-Rekord ta’ 800m preċedenti ta’ 8:52.04 kien ukoll ta’Gatt f’Novembru 2021 meta kienet għamet l-avveniment f’Kazan.
B’dawn ir-riżultati, Sasha kisret ir-rekord tal-iSlovakia Swimming Cup Meet, għal dan l-avveniment u rebħet il-Midalja tad-Deheb.
Il-kompetizzjoni tkompli sal-Ħadd.