It-team malti tal-Għawm Artistiku ikkompeta fit-tieni stadju tat-Tazza tad-Dinja f’Pariġi.
Emily Ruggier iddebuttat fis-solo fil-livell mondjali u spiċċat fid-19-il post minn 23 bi skor ta’ 162.4966. Prestazzjoni verament sabiħa meta tqies li din kienet l-ewwel kompetizzjoni għaliha tal-World Aquatics.
Ana Culic ukoll kellha prestazzjoni tajba u spiċċat fl-10 post bi skor ta’ 181.5800. Hija telgħet seba’ pożizzjonijiet mill-kampjonat tatd-dinja fi Frar li għadda.
Thea Grima Buttiġieġ u Emily Ruggier ikkompetew fit-Technical u Free Duet events. Fit-Technical Event spiċċaw fit-18 -il post kontra pajjiżi bħal Slovakkja, Svizzera, Georgia u Ungerija. Fil-Free event spiċċaw fil-15-il post. Huma wkoll tejjbu l-prestazzjoni minn Frar li għadda.
Ana u Emily ħadu sehem ukoll fis-Solo Free event. Ana tejbet ir-routine tagħha b’10 punti mill-istaġun li għadda.
by almost 10 points since the previous season. Emily, fis-Solo Free event spiċċat fit-13-il post.