Il-President tal-POU, l-Ispettur Sandro Camilleri esprima d-diżappunt tiegħu għal mod ta’ kif, fi kliemu, il-Malta Independent u Net News “għawġu l-fatti.” Huwa kien qed jirreferi għall-intervista li l-Ispettur kellu mal-preżentatur Pierre Portelli fuq il-programm IN DEPTH.
Fi stqarrija, l-President tal-POU qal li t-titlu użat mill-Malta Independent ma jirriflettix dak li huwa qal f’din l-intervista. Bit-titlu użat, il-Malta Independent tat l-impressjoni li l-President tal-unjin qal li l-politiċi jużaw l-influwenza tagħhom biex ifixxklu l-membri tal-Korp minn xogħolhom.
L-istqarrija tispjega li l-Ispettur Camilleri f’din l-intervista qal li ċertu diskors bejn il-Pulizija dwar politika partiġjana jagħmel ħsara fuq il-post tax-xogħol. “Dan kien qed jingħad f’kuntest ta’ kull żmien,” spjegat l-istqarrija.
Saret ukoll referenza għall-artiklu ppublikat minn Net News, bl-istqarrija tgħid li s-sit qaleb l-istess verżjoni mill-ingliż għall-Malti b’intenzjoni ta’ qerq.
Din hija l-intervista tal-Ispettur: