Christine Gauci hija l-bugħaddasa ta’ 35 sena mir-Rabat Għawdex li dalgħodu tilfet ħajjitha waqt li kienet qed togħdos f’Imġarr ix-Xini.
Hija kienet membru tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn kienet tifforma parti mit-tim ta’ salvaġġ.
Kienu bosta qraba u ħbieb li sellmu l-memorja tagħha fuq il-midja soċjali, fosthom kollegi tagħha mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Nies li jafu lil Christine qalu li hi kienet tħobb il-muturi, idoqq, mal-Forzi Armati.
Fuq il-midja soċjali il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri esprima d-diqa tiegħu għal din it-telfa u offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari.
I have been informed that the person who died in Gozo while practicing the sport of diving is an @Armed_Forces_MT soldier. Condolences to her family & all her colleagues.
— Byron Camilleri (@byroncamilleri) January 18, 2020
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/01/18/ghaddasa-titlef-hajjitha-fimgarr-ix-xini/