F’sentejn u nofs ma’ kien hemm ebda sid ta’ stabbiliment f’Għawdex li tressaq il-qorti għaliex serva xorb alkoħoliku lill-persuni taħt l-età.
Dan it-tagħrif irriżulta minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru tal-Intern Carmelo Abela. “Ninsab infurmat li mis-sena 2014 sal-lum, ma kien hemm ebda każ fejn xi sid ta’ xi stabiliment inqabad isservi jew ibiegħ alkoħol lill-persuni taħt l-età mill-Pulizija ġewwa Għawdex u għaldaqstant ma kienx hemm każijiet li spiċċaw il-Qorti,” qal Abela.
Il-mistoqsija li ssegwi hi: “L-Għawdxin bilgħaqal jew nuqqas ta’ infurzar?”